Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Federer mhedded b'ħajtu fuq l-internet

Mario   Grima  -  07/10/12 12:00 AM

It-tennista Roger Federer stqar illum mà l-aġenzija internazzjonali tà l-aħbarijiet Agence France Presse li kellu theddida kerha fuq ħajtu minn fuq l-internet, li ħolqitlu distrazzjoni sħiħa fil-preparamenti tiegħu għax-Shanghai Masters. Huwa qal li se jieħu azzjoni fil-qorti.

L-aġenzija Franċiża ta’ l-aħbarijiet tkompli tirrapporta li Federer ilu jiġi mhedded b’ħajtu minn Ottubru li għadda minn blogger li kiteb fuq l-internet li jrid jippjana l-qtil ta’ Federer sabiex iwaqqaf il-prattika tat-Tennis.

Il-blogger fil-kwistjoni wera wkoll fuq l-internet, ritratt ta’ Federer għarkubtejh b’rasu maqtugħha b’eżekutur b’mannara f’idejh qrib tiegħu.

F’konferenza stampa qabel il-ftuħ tax-Shanghai Masters it-tennista magħruf Federer qal li hu kien konxju ta’ l-azzjonijiet ta’ dan il-blogger, għaxart ijiem ilu iżda saħaq li s’issa dejjem ħassu sigur fiċ-Ċina. Huwa wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li qed iwettqu il-forzi ta’ sigurta’ ġewwa l-istess pajjiż.