Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

“Insellem lill-poplu Malti u nwiegħdu li nagħti ħajti għalih”- Monsinjur Charles Scicluna mal-wasla tiegħu Malta

Catherine  Aquilina  -  09/10/12 12:00 AM

“Se nibda missjoni qrib l-Arċisqof ta' Malta....Insellem lill-poplu Malti u nwiegħdu li nagħti ħajti għalih.” Dawn kienu l-kliem tal-Monsinjur Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju l-ġdid, hekk kif wasal Malta minn Ruma ftit wara nofinshar.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kienu qed jistennewh l-Arċisqof Pawlu Cremona, in-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo, u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Kien hemm ukoll il-familjari tal-Isqof Awżiljajru, inkluż missieru u ommu, Emanuel u Maria Carmela.

Mons. Scicluna ilu għal dawn l-aħħar 17-il sena jgħix Ruma u jaħdem fit-Tribunal tal-Vatikan bħala Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u għal diversi snin ħadem mill-qrib mal-Papa Benedittu XVI, li dak iż-żmien kien għadu Kardinal.

Fl-24 ta’ Novembru li ġej se jiġi kkonsagrat bħala l-Isqof Awżiljaru ta’ Malta minflok l-Isqof Annetto Depasquale li miet f’Novembru tas-sena li għaddiet.