Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Xogħol imprezzabbli f'Dar il-Wens

James J. Piscopo   -  01/11/12 12:00 AM

Kien fl-1989 li Ronald Galea waqqaf l-għaqda Fondazzjoni Wens, bl-iskop li mhux biss jagħti kenn għal persuni b’diżabilita, iżda li jintegrahom fis-soċjetà u jtihom ħajja kemm jista jkun indipendenti.

Il-ħidma ta’ Ronald u sħabu ma tieqafx hawn. Huwa qal kif f’moħħu dejjem kellu li dawn id-djar ikunu sostenibbli. Kien għalhekk li Dar il-Wens fil-Kalkara għandha pannelli solari, pannelli photovoltaiċi u b’arja kkundizzjonata li taħdem bix-xemx u bl-ilma.

Barra minnhekk, jieħdu ħsieb li jirriċiklaw affarijiet minn lukandi u stabbilimenti oħra, biex jieħdu l-materjal u jużawha għad-dar, fosthom l-għamara u l-irħam.

Fi tmiem iż-żjara tagħna f’din ir-residenza fil-Kalkara, ir-residenti sellmulna mill-qalb waqt li kienu qed jieħdu it-te’. Kull resident xtaq jurina xi ritratt mill-passat, xi passatemp u kollezzjoni li għandu.

Iżda f’kull kamra li żorna kienet tinħass atmosfera ta’ familja, fejn dawn ir-residenti bi bżonnijiet speċjali jsibu wens kull ġurnata li tgħaddi. U dan grazzi għall-volontarjat ta’ Ronald Galea u sħabu.