Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Il-President Abela jżur pazjenti Maltin f'Londra

02/11/12 12:00 AM

Il-President ta’ Malta George Abela u s-Sinjura Tiegħu jinsabu l-Ingilterra biex iżuru pazjenti Maltin li qed jieħdu l-kura fl-isptarijiet f’Londra.

Matul din iż-żjara l-President u s-Sinjura Abela se jkunu qed joqogħdu mas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù. Dan biex ikollhom l-opportunità jgħixu għal ftit ġranet ma' pazjenti u qraba tal-pazjenti li qed jgħixu għand is-sorijiet.

Huma se jżuru pazjenti li qed jirċievu kura fl-isptarijiet ta' Great Ormond Street Hospital, National Hospital of Neurology and Neurosurgery, Royal Marsden Hospital, Moorfields Eye Hospital u l-Kings College Hospital.

F’din iż-żjara il-President u s-Sinjura Abela se jżuru wkoll il-pazjenti li qegħdin fl-appartamenti f’Sutton ta' Puttinu wkoll kongregazzjonijiet oħra li jospitaw lill-pazjenti Maltin. Il-President u s-Sinjura Abela mistennija jirritornaw Malta l-ġimgħa d-dieħla.