Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Il-Qorti tordna l-qerda t'eluf ta' oġġetti foloz

James J. Piscopo   -  07/11/12 12:00 AM

Il-Qorti ordnat li jinqerdu eluf ta’ żraben, sigaretti, mowbajls u aċċessorji tal-mowbajls. Dawn iddaħlu f’Malta miċ-Ċina aktar kmieni din is-sena.

Il-Qorti sabet li l-oġġetti ma kienux mill-manifattura oriġinali, iżda foloz. L-oġġetti kienu sejrin lejn pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq, biż-żraben indirizzati lejn l-Alġeria, is-sigaretti lejn il-Libja, u l-mowbajls lejn il-Marokk.

Uffiċjali tad-dwana ordnaw li jiġu ċċekkjati l-oriġinalita ta’ dawn l-oġġetti. Rappreżentanti tal-kumpanija NIKE ddikjaraw li kien hemm aktar minn 14-il elf żarbun falz. Rappreżentanti tal-kumpanija NOKIA ukoll sabet li kien hemm eluf ta’ aċċessorji mhux oriġinali. Is-sigaretti, tad-ditta Marlboro, kkonfermaw li kien hemm aktar minn 750 kaxxa ta’ sigaretti foloz.

Il-Qorti b’hekk ordnat li jinqerdu immedjatament dawn l-oġġetti, biex jiġi salvagwardjat l-interess tal-konsumatur.