Newsbook

Free - On Google Play

View
31/08/2015   28°   
31/08/2015   28°   

It-temp bħalissa

28°C31°C23°C
Jinħass34°C
Riħ6 Knots
Tlugħ ix-xemx06:32
Umdità65%
Indiċi UV9
Inżul ix-xemx19:34

It-temp għal għada

34°C30°C23°C
Riħ  
UV  9

L-ERBGĦA

31°C

IL-ĦAMIS

31°C

IL-ĠIMGĦA

34°C

IS-SIBT

34°C
Il-Malti maqbud il-Libja mistenni lura bejn illum u għada   |  "Is-soluzzjoni għall-konġestjoni tat-traffiku m'għandiex taqa' fuq l-iskejjel" - MUT   |  Estensjoni u bini ġdid ta' kmamar illegali f'Delimara   |  "Il-problema tal-immigrazzjoni hija falliment ta' ċerti Stati Membri, mhux tal-UE"

Awdjo: Għawdex fl-UE - Reġjun jew link permanenti

Charmaine  Attard   -  21/10/13 02:41 PM

Il-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, Dr Peter Agius qal li l-istatus ta’ Għawdex bħalissa huwa parti mit-territorju ta’ Malta, u mhuwiex rikonoxxut bħala reġjun.

Waqt intervista ma’ Newsbook.com.mt, Dr Agius irrefera għal dak li qal Prof. Godfrey Baldacchino f’konferenza l-ġimgħa li għaddiet, li “l-għażliet ta’ Għawdex huma tnejn: gżira reġjun formalment rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropea, jew parti minn Malta.”

Kompla jikkwota lil Prof Baldacchino, li qal li ‘l-pont jagħmel lil Għawdex parti integrali minn Malta”.

Dr Peter Agius qal li l-Gvern Malti jista’ jitlob studju speċifiku mill-Kummissjoni Ewropea fuq l-impatt ekonomiku u soċjali fuq Għawdex b’mod partikolari tal-politika tal-Moviment Ħieles tal-Unjoni Ewropea.

L-għażla bejn gżira reġjun u link permanenti wasslet għal tħassib fost diversi investituri Għawdxin u l-pubbliku inġenerali. Uħud qed jargumentaw li jekk issir il-link Għawdex ma jibqax jibbenifika daqs qabel mill-Unjoni Ewropea.  Dan ħareġ ukoll waqt konferenza li ttellgħet f’Għawdex fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.