Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Awdjo: It-tfal għandhom jitrabbew fil-familja tradizzjonali - Eddie Fenech Adami

Catherine  Aquilina  -  24/10/13 12:47 PM

Il-President Emeritu Dr Eddie Fenech Adami qal li t-tfal għandhom jitrabbew fil-familja tradizzjonali ta’ omm u missier, u meta dan ma jkunx possibbli, għandhom jitrabbew f’ambjent li jixbah dak tal-ġenituri naturali. 

F’kummenti lil Newsbook.com.mt dwar l-abbozz ta’ ligi tal-Unjoni Ċivili,  Dr Eddie Fenech Adami tkellem dwar il-ħtieġa li l-Istat jintroduċi liġijiet li jissalvagwardjaw il-persuni kontra l-isfruttament.

Saħaq li biex dan isir, “ma jfissirx li trid tirrikonoxxi l-unjonijiet ċivili” iżda billi jiġu mfassla liġijiet li jeliminaw il-possibilità ta’ sfruttament.

Mitlub jikkummenta dwar il-fatt li l-liġi tal-Unjoni Ċivili se tippermetti lill-koppji tal-istess sess jadottaw it-tfal, il-President Emeritu Eddie Fenech Adami qal li għandna nżommu d-drawwiet tradizzjonali fejn it-tfal jitrabbew f’ambjent ta’ ġenituri, jiġifieri omm u missier.

Meta l-Abbozz jgħaddi mill-parlament, koppji omosesswali se jkollhom l-istess drittijiet ta’ koppji eterosesswali, inkluż li jadottaw it-tfal.

B’rabta ma’ dan, il-Kummissarju tat-Tfal Helen D’Amato ilbieraħ stqarret ma’ dan is-sit li fejn tidħol l-adozzjoni tat-tfal fl-Abbozz tal-liġi li jirregola l-Unjoni Ċivili, hi ma ġietx ikkonsultata.

Mistoqsijijiet mibgħuta lill-Ministeru għal-Libertajiet Ċivili dwar liema huma dawn l-entitajiet li ġew ikkonsultati għadhom ma ġewx imwieġba.

 

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok.