Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ bejn raġel u mara” – L-Arċisqof   |  Żewġ persuni jispiċċaw mal-art wara inċident   |  "L-akbar gidba hi li mhux ħa tispiċċa ħażin bid-droga" - żagħżugħ li rebaħ l-isfida tad-droga   |  14-il mara tqila salvati mill-baħar

Simon Busuttil f'summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell

David  Debono  -  24/10/13 08:18 PM

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil attenda s-summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell.

Mitlub jikkummenta dwar x’jistenna mill-Kunsill Ewropew, Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru għamilha ċara li mhux se jitlaq minn Brussell qabel ma jkollu soluzzjonijiet konkreti fuq l-immigrazzjoni, iżda hu jittama wkoll li ma ssirx ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta.

Matul is-Summit tal-Partit Popolari Ewropew, li għalih attendew diversi mexxejja ta’ partiti politiċi minn madwar l-Ewropa, ġew diskussi l-immigrazzjoni rregolari u t-tisħiħ tal-ekonomija fost l-oħrajn.

Waqt is-Summit saret ukoll diskussjoni dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla, inkluż diskussjoni dwar min ser ikun il-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.