Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Inċident bejn tal-linja u trakk fl-Afrika t'Isfel iħalli 29 persuna mejta

Gabriel  Schembri  -  12/11/13 06:51 AM

Minn tal-inqas 29 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li bosta oħrajn indarbu f’inċident li kien jinvolvi karozza tal-linja fl-Afrika t’Isfel, qrib il-Belt Kapitali, Pretoria.

Hi mifhum li tal-linja ħabtet ma’ trakk fi triqitha minn Kwaggafontein.  Dawk li ndarbu, ittieħdu minnufih għal aktar kura fl-isptar ta’ KwaMhlangu.

Ir-rotta li minnha jgħaddu ħafna karozzi tal-linji, hija famuża għall-inċidenti fatali. Filfatt, nhar il-Ħadd li għadda stess, mexxejja reliġjużi fil-pajjiż marru fuq il-post jitolbu għal iktar sigurtà f’din it-triq partikolari.

Ministru fil-provinċja ukoll talab l-awtoritajiet għal kundizzjonijiet tat-toroq aħjar.