Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Il-Marokkini l-aktar li ħadu ċ-ċittadinanza Ewropea

Catherine  Aquilina  -  27/11/13 12:56 PM

Matul l-2011, 780,000 persuna rnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza ta’ wieħed mis-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, 4% inqas mill-2010.

Minn informazzjoni miġbura mill-uffiċċju Ewropew tal-istatistika l-Eurostat, kważi kwart taċ-ċittadini l-ġodda tal-Ewropa huma mill-Marokk, mit-Turkija, mill-Ekwador u mill-Indja.

Marokkini li kisbu ċ-ċittadinanza Ewropea kien hemm 64,300 persuna, Torok kien hemm 48,900, 33,700 persuna mill-Ekwador ħadet iċ-ċittadinanza u l-ammont ta’ Indjani li saru Ewropej ammonta għal 31,700.

L-iktar pajjiżi li taw iċ-ċittadinanza kienu l-Ingilterra, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja. Bejniethom ħarġu tliet kwarti taċ-ċittadinanzi.

L-età medja tal-persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza kienet ta’ 32 sena. 52% taċ-ċittadinazi ngħataw lin-nisa.

Skont il-Eurostat, in-numru ta’ ċittadinanzi li ngħataw jista’ jiġi mqabbel man-numru ta’ barranin fil-pajjiż. 

Fl-2011, l-għola rata kienet irreġistrata fl-Ungerija, fil-Polonja, l-Iżvezja u Malta fejn ingħataw ħames ċittadinanzi għal kull 100 resident barrani.