Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-każ tal-laħam taż-żiemel: Kumpanija Franċiża akkużata b’immarkar ħażin

Gabriel  Schembri  -  14/02/13 07:38 PM

Ikompli jispikka l-każ tal-laħam taż-żiemel relatat ma’ immarkar ħażin ta’ prodotti tal-ikel. Il-kumpanija Franċiża Spanghero qiegħda tiġi akkużata li biegħet prodotti bil-laħam taż-żiemel fuq prodotti li kienu mmarkati li fihom laħam taċ-ċanga.

Minħabba dan il-każ, il-liċenzja tal-kumpanija Franċiża ġiet sospiża. Il-kumpanija ċaħdet l-allegazzjonijiet kollha miġjuba kontriha filwaqt li saħqet li l-kumpanija ma kinetx taf li qed tbiegħ laħam taż-żiemel.

Kien hemm minn tal-inqas 12-il pajjiż li ġew affetwati b’dan l-iskandlu, b’Malta ma tkunx waħda minnhom.