Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Jittella' online l-filmat bil-kliem ta' "Tomorrow"

27/02/13 07:52 AM

Fit-8:30 tal-bieraħ filgħaxija ttella' fuq YouTube il-filmat bil-kliem tal-kanzunetta "Tomorrow" li se tirrappreżenta lill-Malta fil-Eurovision Song Contest fl-Mejju li ġej fl-Iżvezja.

Din hija l-ewwel darba li l-PBS iddeċieda li b'mod uffiċċjali jtella' online il-kliem tal-kanzunetta rebbieħa. F'inqas minn 12-il siegħa l-filmat diġà rawh iktar minn 6,000 darba.

Intant, fil-jiem li ġejjin se jittella' ukoll online l-filmat mużikali fejn jidher ukoll il-kantant Gianluca Bezzina u l-kumplament tal-banda tiegħu.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, beda l-filming fuq il-filmat ta' "Tomorrow" u issa jmiss li jsir l-edittjar tax-xogħol.