Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Tirriżenja ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir.   |  Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-nies irrabjati, iżda ma jeskludi xejn dwar Manoel Island   |  Taljan ta’ 31 sena residenti Katanaja ġie arrestat wara li nqabad b’10 kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis   |  100 kilogramma deheb misruqa minn mużew f’Berlin   |  

22 ħaddiem mietu f’inċident tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda

David  Debono  -  04/02/13 04:31 PM

Mill-anqas 22 ħaddiem tilfu ħajjithom u 24 oħra ndarbu f’inċident tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda. Irriżulta li vettura li kienet qed iġġorr il-ħaddiema kellha impatt ma’ trakk mimli materjal tal-kostruzzjoni fid-distrett ta’ Zakhir.

Il-maġġoranza tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom huma mill-Asja t’Isfel, hekk kif miljuni ta’ ħaddiema l-aktar mill-Asja t’Isfel jaħdmu fl-Emirati Għarab Magħquda. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, n-numru ta’ persuni li jitilfu ħajjithom fit-toroq fl-Emirati Għarab Magħquda hu fost l-aktar ogħli fid-dinja.