Newsbook

Free - On Google Play

View
Il-ġenituri jagħrfu lil binhom li miet f'Ħad-Dingli   |  L-eċitament għall-Polonja f'allegrija fl-ajruport   |  Qassis ta' 84 sena jinqatel waqt li kien qiegħed iqaddes   |  Approvat il-permess għall-post il-ġdid tal-Qorti f'Għawdex   |  

Il-Parlament f'Ċipru jipposponi seduta urġenti

Karl  Wright  -  17/03/13 10:20 AM

Il-Parlament f’Ċipru ippospona għal għada seduta urġenti li kellha ssir illum dwar l-għajnuna finanzjarja kontroversjali biex tgħin il-banek fil-pajjiż. Id-dibattitu kien pospost wara ftehim milħuq il-Ġimgħa mal-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Dan il-ftehim qajjem rabja pubblika minħabba li se jkun qed jimponi dazju sa 10% fuq depożiti bankarji.

Il-President ta’ Ċipru qal li l-pajjiż ma jaffordjax jirrifjuta l-għajnuna finanzjarja minħabba l-biża ta’ kollass tal-banek f’Ċipru. Sadattant, investituri mħassba, dehru fi kjuwijiet twal jistennew biex jiġbru flushom mill-banek.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.