Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Min ifittex il-profitt akkost ta’ kollox hu alleat tat-terroriżmu" - l-Arċisqof Bernardito Auza   |  Intervista: ​Tgħix mhedda u mbeżżgħa li se jitfa’ l-aċidu fuq uliedha   |  Brian Tonna b'ittra minn Mossack Fonseca biex jikkonferma li hu s-sid ta' Egrant   |  "Il-Korea ta' Isfel kienet il-moħħ wara l-qtil ta' Kim Jong-nam" - Korea ta' Fuq

Żgħażagħ ta' 16-il sena se jingħataw id-dritt tal-vot għall-Kunsilli Lokali

James J. Piscopo   -  26/03/13 07:56 AM

Hekk kif f’dawn il-jiem il-kunsilliera eletti qed jieħdu l-ġurament tal-ħatra, il-gvern ħabbar li sa din is-sena, se tinbidel il-liġi u żgħażagħ ta’ 16-il sena se jkunu eleġibbli għall-vot għall-elezzjonijiet tal-kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali, Dr Jose’ Herrera, qal li se jibda l-proċess biex sa din is-sena, żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu eleġibbli biex jieħdu sehem fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

L-għan hu li dan jidħol fis-seħħ f’Novembru li ġej, meta l-Kunsilli Lokali jikkommemoraw l-20 anniversarju mill-bidu tagħhom.

Hu qal dan waqt iċ-ċerimonja li saret f'Kastilja, li fiha ħadu l-ġurament il-kunsilliera ta' 11-il Kunsill Lokali.

Dr Herrera ħeġġeġ lill-kunsilliera biex jaqtgħu l-burokrazija fil-kunsilli lokali. Is-Segretarju Parlamentari qal kif mod kif tonqos il-burokrazija hu li l-Kunsill għandu jkun responsabbli tad-dawl kollu tal-lokalità, u mhux kif qegħda fil-preżent li arbli tad-dawl ma jkunux responsabiltà tal-Enemalta.

Hu sostna li kunsill għandu jkun tar-resident u mhux bil-maqlub, u għalhekk stieden lill-kunsilliera biex jagħtu widen tal-ilmenti, jiddiskutuhom waqt il-laqgħat tal-kunsill, u jekk ma jsibux soluzzjoni jinfurmaw lil min ressaq l-ilment b’kull żvilupp.

Ħabbar ukoll li mistennija jsiru sezzjonijiet ta’ taħriġ, b’mod speċjali biex jgħinu lill-kunsilliera ġodda, li se jkunu organizzati mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali b'koordinazzjoni ma l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.