Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-Alternattiva Demokratika tassigura meritokrazija fil-ħatriet pubbliċi

Mario   Grima  -  03/03/13 01:26 PM

Waqt konferenza stampa f’ Tas-Sliema, iċ-Chairman ta’ Alternattiva Demokratika Michael Briguglio qal li l-ewwel proposta tal-partit tkun li tiġi assigurata il-meritokrazija fil-ħatriet pubbliċi għoljin permezz ta’ skrutinju pubbliku mill-Parlament jew kumitati fi ħdan l-istess Parlament. Id-dettalji.

Iċ-Chairman ta’ Alternattiva Demokratika wera s-sodisfazzjon tiegħu fid-dikjarazzjoni taż-żewġ partiti l-kbar f’Malta fejn qalu li huma lesti li jaħdmu ma’ Alternattiva Demokratika fil-Parlament. Huwa kompla jgħid li fil-Parlament, il-partit li jmexxi għandu jservi ta’ pont bejn iż-żewġ partiti fit-tfassil tal-proposti bżonnjużi għal Malta.

Fl-intervent tiegħu, l-kelliem għall-Alternattiva Demokratika il-Professur Arnold Cassola saħaq li l-Partit Nazzjonalista ta raġun lill-Alternattiva Demokratika dwar il-posizzjoni li ħadet dwar id-divorzju. Prof. Cassola irrefera wkoll għal-posizzjoni taż-żewġ partiti l-kbar dwar il-bini llegali fl-Armier fejn il-Partit Laburista qal li se jilħaq kompromess mas-sidien filwaqt li l-Partit Nazzjonalista, li fi kliem Cassola, ma kkommettiex ruħu minħabba kwistjonijiet ta’ psewdo-kumpens. Prof. Cassola sostna li b’dawn it-tip ta’ risposti hemm il-ħtieġa ta’ Alternattiva Demokratika fil-Parlament.

Dr Briguglio wera s-sodisfazzjon tiegħu dwar is-sehem tiegħu fid-dibattiti maż-żewġ kapijiet tal-partiti l-kbar. Dr Briguglio saħaq li b’elfejn vot f’distrett, il-votanti jistgħu ikunu parti mill-istorja u jtellgħu lill-Alternattiva Demokratika fil-Parlament.