Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Il-Parlament Afgan jibda dibatittu dwar liġi li tipprevjeni l-vjolenza kontra n-nisa’

Stefan  Pullicino  -  18/05/13 07:32 AM

Il-membri parlamentari tal-Afganistan mistennija jibdew dibatittu dwar liġi li tipprevjeni l-vjolenza kontra n-nisa’. Din il-liġi qajmet kontroversja sħiħa fost in-nisa’ Afgani, partikolarment wara li fl-2009 liġi simili ma kinitx ġiet approvata mill-membri parlamentari wara li kienet inħarġet permezz ta’ digriet presidenzjali.

Il-liġi li ma kinitx għaddiet kienet tipproponi miżuri konkreti kontra kull min juża vjolenza fil-konfronti tan-nisa, kontra dawk li jirranġaw żwiġijiet bejn tfal kif ukoll kontra żwiġijiet sfurzati.

L-aħħar darba li l-kwistjoni tal-vjolenza fil-konfronti tan-nisa’ kienet tqajmet fil-parlament tal-Afganistan kienet wasslet għal ġlieda hekk kif il-fundamentalisti kienu ippruvaw iwaqqfu d-diskussjonijiet dwar din ir-riforma.