Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Awdjo: 3,500 tifel u tifla se jieħdu sehem fi Skolasajf

Yendrick  Cioffi  -  10/06/13 02:30 PM

Madwar 3,500 student se jieħdu sehem fil-programm Skolasajf 2013 li se jsir bejn Lulju u Settembru li ġejjin. Dan il-programm ġie inawgurat dalgħodu mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo waqt attivita’ li saret mill-istudenti tal-kulleġġ Maria Reġina fil-Mellieħa.

It-tema magħżula din is-sena hija “Ċittadini Ewropej-Dmirijiet u Drittijiet." Il-Ministru spjega li t-tema intagħżlet fl-okkażjoni tas-sena Ewropea ddedikata liċ-ċittadin. Huwa żied jgħid li Skolasajf iġġib flimkien ġenerazzjonijiet diversi u tagħti esperjenza kemm lit-tfal u anke lil min jaħdem magħhom.

Infatti din is-sena se jieħdu sehem madwar 200 student Universitarju li qed isegwu korsijiet fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni, kif ukoll 120 kap u assistenti bħala koordinaturi.

Newsbook huwa infurmat li f’Għawdex il-ġenituri huma mħassba li Skolasajf tista’ ma tinfetaħx dan is-Sajf, iżda l-Ministru Bartolo qal li “din se ssir b’mod normali”.    

Anna Maria Gilson, il-koordinatriċi tal-proġett spjegat li Skolasajf hija miftuħa għat-tfal tar-raba', il-ħames u s-sitt sena tal-iskejjel primarji ta’ Malta u Għawdex u toffri opportunità ta' programm edukattiv matul ix-xhur tas-Sajf. Hija spjegat kif din l-inizjattiva tgħin tfal jesprimu ruħhom f'diversi aspetti fosthom sport, logħob u anke attivitajiet edukattivi. Numru ta’ poeti, awturi Maltin u persuni mill-Ambaxxata Amerikana mistennija jżuru dawn l-iskejjel u jaqraw stejjer lit-tfal. 

Gilson qalet ukoll li barra Skolasajf hemm ukoll il-programm Klabbsajf miftuħ għall-istudenti tat-tieni u t-tielet sena li matul is-sena skolastika jingħataw għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu. Klabbsajf barra l-attivitajiet, jiffoka aktar fuq it-tagħlim tal-Ingliż, Malti u l-Matematika.