Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Il-popolazzjoni tad-dinja se tilħaq 11 il-biljun sal-2100

Josianne  Camilleri  -  14/06/13 11:24 AM

Hekk kif il-popolazzjoni tal-Afrika mistennija tikber b’erba’ darbiet, qed ikun proġettat li l-popolazzjoni globali tiżdied bi 800 miljun iktar minn dak li kienu qed ibassru l-Ġnus Magħquda.

L-istudjużi kienu qed jistennew li l-fertilita’ fl-Afrika kienet se tonqos malajr. Fl-Afrika, kull mara jkollha medja ta’ ħamest itfal. Bħalissa f’dan il-kontinent, il-popolazzjoni tlaħħaq il-1.1 biljun u se tlaħħaq l-4.2 biljun sal 2100. L-istudju mill-Università ta’ Washington juri li sal-2050, waħda minn kull tlett itrabi titwieled fl-Afrika.

Il-biża hi li l-bidla fil-klima madwar id-dinja tkompli taffetwa ħażin l-Afrika li ma tkunx tista’ tipproduċi biżżejjed ikel u ilma għall-popolazzjoni dejjem tikber. In-Niger hu l-pajjiż bl-iktar popolazzjoni b’età żgħira. Kważi nofs in-nies għandhom inqas minn 14 il-sena.

Is-sena li għaddiet il-popolazzjoni tad-dinja laħet is-7 biljun persuna, b’żieda ta’ biljun fuq l-1999.