Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Protesti fil-Brażil wara li jogħla l-prezz tat-trasport pubbliku

Gabriel  Schembri  -  14/06/13 06:36 PM

Fit-toroq tal-Brażil qed iqumu diversi protesti dan hekk kif il-gvern ħabbar żieda fil-prezz tat-trasport pubbliku, kemm tas-sistema tal-metro kif ukoll tat-trasport b’tal-linja. Dawn il-protesti qed jimmarkaw ir-raba’ jum tagħhom.

F’Sao Paulo, dawn il-protesti ħadu xejra vjolenti hekk kif mal-55 persuna ndarbet filwaqt li mal-160 oħra ġew arrestati. Il-pulizija qed tirreaġixxi bl-użu tal-gass tad-dmugħ u b’balal tal-lastiku. Protesti simili qamu ukoll f’Rio De Janeiro.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-gvern ħabbar li l-prezz tal-biljett ta’ tal-linja se jiżdied b’€0.6.