Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Każ Degabriele: kobba li dejjem titħabbel

Yendrick  Cioffi  -  03/06/13 02:17 PM

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni dwar il-każ ta’ Paul Degabriele magħruf bħala s-suldat li nqatel nhar il-Ġimgħa filgħodu fil-Marsa. Sorsi li tkellmu ma’ RTKnews qalu li dawn il-każi moderni huma kkumplikati u aktar ma jgħaddi żmien aktar titħabbel il-kobba, bil-każi jsiru dejjem iżjed diffiċli biex jiġu solvuti.

Mill-informazzjoni li ħarġet s’issa, ma’ Degabriele kien hemm raġel li bħalissa qed jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjoni. Mix-xhieda u l-filmati jidher li l-qattiel resaq lejn Degabriele u sieħbu waqt li kienu deħlin fil-vettura tagħhom u spara tliet tiri. Il-vann li ntuża waqt id-delitt instab maħruq ftit siegħat wara.

Din ma kinietx l-ewwel darba li l-Pulizija semgħet “b’Pawlu s-Suldat,” hekk kif hu kien suspettat u interrogat ħafna drabi b’rabta ma’ numru ta’ każi. Propju għalhekk li ħafna qed jallegaw li hemm ċirklu ta’ vendetti involut f’dan il-każ.

Degabriele kien magħruf bħala persuna li jaf juża sew l-armi tan-nar hekk kif għal ftit żmien kien membru fil-Forzi Armati ta’ Malta minn fejn ingħata l-laqam ta’ “Is-Suldat”. Persuni li kienu jafuh jiddiskrivuh bħala persuna b’karattru iebes.

L-aħħar darba li Degabriele ġie interrogat kien f’Diċembru li għadda, meta kien wieħed mis-suspettati fil-każ ta’ Joseph Cutajar magħruf bħala il-Lion li nqatel b’tiri sparati lejn rasu, liema każ kien seħħ fit-Triq il-Mitħna l-Mosta. Ftit qabel inqatel, il-Lion, kien ittella’ l-qorti, suspettat bil-qtil ta’ Kevin Gatt u Stephen Zammit.

F’Ottubru tas-sena l-oħra, Paul Degabriele ħelisha ħafif meta nstabet bomba taħt il-karozza tiegħu li kienet ipparkjata quddiem id-dar tiegħu l-Fgura. Il-persuna li poġġiet il-bomba baqgħet mhux magħrufa.  Sorsi li tkellmu magħna qalulna li minn dak in-nhar Degabriele baqa’ imbeżża’, tant li ħafna drabi ma kienx qed joħroġ waħdu.

Paul Degabriele kien interrogat f’żewġ każijiet oħra. Wieħed minnhom seħħ fl-20 ta’ Marzu 1999 meta nqatel il-kuntistabbli tal-pulizija Mark Farrugia, liema każ kien ġie solvut, meta il-kollega tal-vittma, Ettiene Carter kien misjub ħati. “Is-suldat kien wieħed mis-suspettati f’każ ta’ qtil li seħħ fit-12 ta’ Diċembru tal-1990. F’dan il-każ li baqa’ mhux solvut, inqatlu Joseph u Anna Briffa li kienu nstabu marbuta, b’ħalqhom magħluq bit-tape.