Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

AD tilqa' l-Koalizzjoni favur it-tneħħija tal-kaċċa fir-rebbiegħa

Astrid  Sammut  -  27/07/13 01:22 PM

Il-Prof. Arnold Cassola, Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, laqa' it-twaqqif tal-Koalizzjoni favur l-abolizzjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Huwa kompla jgħid li din il-koalizzjoni hija eżempju ħaj tas-saħħa tas-socjeta' ċivili billi tlaqqa' flimkien organizzazzjonijiet minn oqsma differenti tal-ħajja, li jvarjaw minn gruppi għall-ħarsien tal-annimali għal għaqdiet ambjentali.

Arnold Cassola temm jgħid li bħala Alternattiva Demokratika, huma wegħdu l-appoġġ tagħhom lill-Koalizzjoni fil-ġbir tal-firem għal referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.