Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Id-Dipartiment tad-Dwana jiġġenera dħul ta’ 316-il miljun ewro fl-2012

Geoffrey Camilleri  -  06/07/13 09:25 AM

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwar l-importanza tal-funzjoni tad-Dipartiment tad-Dwana bejn l-infurzar u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu.

Il-Ministru qal dan wara żjara li għamel fid-Dipartiment tad-Dwana f’Lascaris Wharf fil-Belt Valletta. Huwa kien milqugħ mid-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joe Brincat.

Fl-2012, id-Dipartiment tad-Dwana ġġenera dħul ta’ 316-il miljun ewro.

Il-Professur Scicluna qal li d-Dipartiment tad-Dwana hu wkoll responsabbli biex jipproteġi l-Unjoni Ewropea minn kummerċ li hu lleġittimu kif ukoll illegali, biex isostni u jipproteġi attività kummerċjali leġitima.