Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Filmat: The Priests reġgħu ġejjin Malta

Martha Carabott  -  15/10/14 01:52 PM

It-tlett tenuri ta’ fama internazzjonali The Priests se jkunu qed jagħtu żewġ kunċerti f’Malta, fid-29 u t-30 ta’ Novembru li ġej.

Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy diġa ġew Malta s-sena l-oħra, iżda din id-darba ġejjin għall-festi tal-Milied.

Fil-kunċert magħhom se jipparteċipaw ukoll is-soprano Maltija Gillian Zammit u kif ukoll il-kor tat-tfal li tmexxi hi.

L-orkestra se tkun iffurmata minn disa’ mużiċisti Maltin filwaqt li d-direttur mużikali huwa Cathal Synnot.

Dan il-kunċert qed jiġi organizzat mill-Knisja f’Malta u l-fondi miġbura se jmorru għax-Sheperds Fund li jgħin fil-bżonnijiet tal-qassisin, inkluż dawk morda u anzjani.

Il-kunċert se jittella’ fl-Istitut Kattoliku u kull min hu interessat li jattendi jista jixtri l-biljetti minn www.istitutkattoliku.com

Ritratt: Photocity, Valletta