Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Jingħata l-premju fi Brussell

Marion  Zammit  -  19/11/14 11:22 AM

Il-kittieb Għawdxi Pierre J Mejlak ilbieraħ ingħata l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura fi Brussell.

Dan wara li f’Ottubru tħabbar bħala r-rebbieħ bil-ktieb tiegħu ‘Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid'.  

Il-premju kien ippreżentat lilu mill-Kummissarju Ewropew ġdid Tibor Navracsics għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport fil-preżenza tal-Ministru Malti għall-Kultura Owen Bonnici.

Din hi t-tieni darba li Malta rebħet il-premju tal-UE għal-Letteratura. Il-kittieb Immanuel Mifsud kien l-ewwel rebbieħ, fl-2011, bix-xogħol tiegħu ‘Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben)’.

Din is-sena kien hemm 13-il awtur Ewropew li ġew ippremjati.

Il-Premju tal-UE għal-Letteratura hu l-uniku premju internazzjonali ta’ din ix-xorta.