Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
​Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Partit Laburista   |  "L-uniku estremiżmu aċċettabbli huwa dak tal-karità" - il-Papa   |  KAŻ EGRANT: Il-‘whistleblower’ fil-gazzetti; it-Times tgħid li hemm akkużi kontriha   |  “L-ispiża fuq kull ħaddiem b’paga minima se tiżdied b’€450 sal-2019” – Gordon Cordina

Il-Gvern mistenni jniedi politika nazzjonali dwar il-mard rari

Gabriel  Schembri  -  27/02/14 02:29 PM

Aktar tard din is-sena, il-Gvern se jniedi l-politika nazzjonali dwar il-mard rari. L-għan wara din it-tnedija hu biex jiġi offrut kull trattament lill-pazjenti u lill-familjari.

F’konferenza tal-aħbarijiet, li għaliha kien hemm preżenti il-Ministru Godfrey Farrugia flimkien ma’ Michelle Muscat, bħala l-patruna tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Mard Rari,  il-konsultazzjoni mal-għaqdiet non-governattivi se ssir matul is-sajf li ġej.

Dr Farrugia qal li f’Malta, hawn xejn inqas minn 25,000 persuna li tbati minn mard rari. 22% minn dawn jinkludu pazjenti tal-kanċer.

Huwa stmat li fid-dinja hemm 8,000 tip ta’ marda rari, 186 huma tipi rari ta’ kanċer.

L-Alternattiva Demokratika esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal fatt li l-Gvern niżżel l-Myalgic Emcephalomyelitis u l- Fibromyalgia mal-lista tal-mard kroniku f’pajjiżna.