Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Issakkar fil-kamra tal-banju... u kellu jkisser il-bieb!

Kris  Gilson  -  08/02/14 06:14 PM

L-Atleta Amerikan ta' 30 sena, Johnny Quinn żgur mhux se jinsa l-ewwel esperjenza tiegħu fl-Olimpjadi tax-Xitwa li qed isiru f' Sochi fir-Russja.


Quinn li jifforma parti mill-kontinġent tal-Istati Uniti u li jieħu sehem fid-dixxiplina tal-'bob sleigh' kellu juża t-taħriġ tiegħu fl-isport li jipprattika biex ikun jista' jifqa' l-bieb tal-kamra tal-banju li kien qed jinħasel fiha.


Dan wara li spiċċa biex issakkar fil-kamra u peress li dak il-ħin inqabad bla mowbajl, ma kellux mezzi biex jitlob l-għajnuna. Ftit wara din l-avventura xejn feliċi, l-atleta tella' r-ritratt u ddeskriva din l-esperjenza fuq il-profil tiegħu ta' Twitter.