Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

L-ewwel dibattitu bejn Muscat u Busuttil

Catherine  Aquilina  -  14/03/14 02:48 PM

Għall-ewwel darba tul din il-leġiżlatura, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil se jkunu qed iwieġbu lil xulxin waqt dibattitu televiżiv.


Waqt Xarabank tal-lejla, iż-żewġ mexxejja se jkunu qed jiddiskutu temi kurrenti bħall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-unjoni ċivili, it-tanker tal-LNG, il-presidenza, iċ-ċittadinanza u reshuffle fil-kabinett.


Apparti d-dibattitu, se jintwerew ukoll filmati dwar kif Joseph Muscat u SImon Busuttil ippreparaw għall-programm.


Analiżi tad-dibattitu bejn iż-żewġ kapijiet se ssir għada fl-10 ta’ filgħodu waqt il-programm Newsbook fuq Radju RTK.