Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: Ajruplan tal-Air Malta ġej u sejjer minħabba ħsarat

Charmaine  Attard   -  21/03/14 11:38 AM

L-ajruplan tal-Air Malta li dalgħodu ħalla Malta għal Milan fuq it-titjira KM624 kellu jdur lura wara 20 minuta minħabba problemi tekniċi. L-ajruplan telaq skont l-iskeda fit-tmienja neqsin ħamsa ta’ dalgħodu. 

Wara siegħa fuq l-ajruplan, il-passiġġieri ngħataw garanzija li l-problema ġiet solvuta mill-inġiniera. Madanakollu hekk kif l-ajruplan telaq għat-tieni darba ġara l-istess.

L-ajruplan reġa’ lura l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bħala miżura ta’ sigurtà. Fl-ebda ħin ma kien hemm periklu għall-passiġiera. L-ajruplan bħalissa qed jiġi spezjonat mill-inġiniera tal-linja tal-ajru nazzjonali.

Il-passiġġieri għadhom fuq l-ajruplan, bit-titjira se titlaq fis-1.15pm.

Konsegwenza ta’ dan il-każ, għadd ta’ titjiriet se jiġu affettwati.

L-Air Malta qed tappella lil klijenti tagħha li għandhom titjira llum, biex jiċċekkjaw għall-aħħar żviluppi fuq is-sit www.airmalta.com jew iċemplu fuq 5230 2000.

Passiġġieri fuq l-ajruplan qalu ma' Newsbook.com.mt li l-Air Malta mhux se tagħti kumpens ħlief vawċer ta' €6 għall-ikel. Dan minkejja li għadd ta' passiġġieri tilfu connection flights.