Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Vann jidħol f'folla nies f'Barċellona; diversi midruba

78% kellhom aċċess għall-internet fl-2013

Jesmar Baldacchino  -  04/03/14 03:39 PM

Matul is-sena li għaddiet, 78.8% tal-Maltin u l-Għawdxin kellhom aċċess għall-internet.

85.5% minnhom jużaw l-internet kuljum. Dan jirriżulta mill-istatistika ppubblikata mill-NSO, li turi kif 80.3% għandhom kompjuter.

62.4% għandhom aċċess għall-internet mill-mowbajl.

L-aktar aċċess għall-internet sar fit-tramuntana ta’ Malta bi 83% filwaqt li l-inqas kien f’Għawdex bi 73.1%.

L-akbar ammont ta’ użu tal-kompjuter u l-internet sar fost dawk li għandhom bejn 16 u 24 sena, filwaqt li dawk li għandhom bejn 65 u 74 huma l-inqas li jużaw l-internet.  

Mill-istatistika jirriżulta wkoll li 91.7% użaw l-internet tal-inqas darba u jafu jużaw ukoll is-search engines.

10.6% biss iżda jafu joħolqu websajt.