Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

"75% tal-Maltin favur sħubija sħiħa fl-UE" - Simon Busuttil

Charmaine  Attard   -  30/04/14 09:44 PM

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li minn stħarriġ li sar dan l-aħħar irriżulta li 75% tal-Maltin huma favur sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, meta mqabbel mal-54% fir-referendum tal-2003.

Waqt attività politika f’Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta, il-Kap Nazzjonalista  spjega li dan ifisser li eluf ta’ partitarji Laburisti biddlu l-opinjoni tagħhom dwar is-sħubija tal-Unjoni Ewropea.

Dr Busuttil qal li jħossu kburi li kien parti mill-kampanja li pperswadiet lill-poplu jivvota għall-Ewropa.  Spjega kif iż-żmien wera kemm il-Partit Nazzjonalista għaxar snin ilu kellu raġun. Sostna li għaxar snin mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jfissru ekonomija, soċjetà u drittijiet aktar f’saħħithom. Saħaq li Malta hija aħjar fl-Ewropa.

Żied jgħid li Gvern Laburista qed jhedded id-demokrazija u l-valuri Ewropej. Sostna li l-ebda Gvern m’għandu jipprova jixtri l-voti billi jgħid lin-nies biex jiġbru l-mediċini mill-każini tal-Partit Laburista.

Dr Busuttil għal darb’oħra kkritika l-Avviż Legali li permezz tiegħu l-Ministeru tal-Edukazzjoni se jkun jista’ jitlob l-informazzjoni personali tal-istudenti.