Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Żewġ biljun persuna tara Gangnam Style

Julia  Callus  -  01/06/14 05:52 PM

Id-diska Gangnam Style, li għamlet suċċess fis-sena 2012, issa għamlet rekord ġdid, dak tal-aktar filmat li rawh nies fuq Youtube.

Il-filmat tal-artist mill-Korea t’Isfel Psy issa rawh għal żewġ biljun darba.

Bħalha statistika, Youtube qal li dan il-filmat ikollu l-aktar nies li jarawh kuljum.

Il-filmat l-ieħor li rawh ftit aktar minn biljun persuna huwa tad-diska ta’ Justin Bieber ‘Baby’.

Madankollu, Psy għandu żewġ diski mal-10 l-aktar filmati popoplari fuq is-sit.

Fost l-oħrajn hemm diski ta’ Jennifer Lopez, Eminem, LMFAO, Shakira, Miley Cyrus u Lady Gaga.