Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-President tappella kontra l-inġustizzji

Charmaine  Attard   -  24/06/14 01:26 PM

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qed tappella lill-mexxejja tad-dinja biex jieqfu kontra l-inġustizzji li qed jinħolqu.

Waqt riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Eġittu, il-President uriet solidarjetà man-nisa li qed jiġu ippersigwitati f’kunflitti b’mod partikolari fl-Afrika u fl-Asja.

Spjegat kif in-nisa u l-ommijiet jistgħu jkunu l-vuċi għal dawk li qed isofru mill-inġustizzji. Qalet li irrispettivament mill-kultura, razza jew reliġjon, l-umanità għandha jkollha d-dritt tal-ħajja.

Il-President Coleiro Preca semmiet is-sitwazzjoni politika fl-Eġittu u kif Malta se tibqa’ impenjata biex tagħti l-appoġġ tagħha lil kull inizzjattiva meħuda mill-Gvern Eġizzjan favur l-istabbilità politika, it-tisħiħ tad-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

Ritratt: DOI - Jeremy Wonnacott