Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Awdjo: Omm tas-Sena f'isem l-ommijiet li għaddejjin minn żmien diffiċli

Yendrick  Cioffi  -  11/07/14 02:05 PM

Sarah Cachia, omm ta’ żewġt itfal u li għaddiet minn ħafna mingħajr ma qatt qatgħet qalbha, rebħet il-premju Omm tas-Sena.

Jacob, it-tifel ta’ Sarah għadda minn ħafna u bħal kull omm Sarah kienet dejjem ħdejh fil-mumenti diffiċli.

Issa li saħħet Jacob qalbet għall-aħjar, Sarah waqfet Survivors Malta biex permezz tagħha nies li jkunu għaddew minn żmien diffiċli minħabba mard jagħmlu kuraġġ lill-oħrajn li jkunu għadhom f’diffikulta.

F’kummenti lil Newsbook.com.mt Sarah qalet li hi sabet ħafna għajnuna u kuraġġ u tħoss li issa jmiss lilha biex tagħmel dan il-pass.

Sarah qalet li kellha emozzjonijiet differenti. Spjegat li l-premju rebħitu f’isem dawk “l-ommijiet speċjali” li taw kuraġġ lil xulxin u li għaddew jew għaddejin minn mument diffiċli.

Żiedet li huwa fatt li n-nies imutu minħabba mard, imma l-ħajja hija rigal u għalhekk min hu ħaj għandu jagħmel kuraġġ lil min għaddej minn xi trawma biex ikomplu jiġġieldu għal ħajjithom.

Qalet li l-ikbar ferħ tagħha kien li uliedha kienu maġenba meta rċeviet il-premju iktar u iktar meta ftit snin ilu kienu qalulha li t-tifel mhux se jgħix.

Sarah saħqet li l-premju mlieha bil-kuraġġ għax ifisser li miexja fid-direzzjoni t-tajba.

Waqt l-attività organizzata mill-kumpanija Malta Baby & Kids Directory ingħata wkoll il-premju għall-aqwa missier tas-sena. 

Għal aktar informazzjoni dwar Survivors Malta tistgħu żżuru l-paġna ta’ Faceboook.