Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jean-Claude Juncker huwa l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea

Jesmar Baldacchino  -  15/07/14 02:22 PM

L-eks Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker ġie approvat mill-Parlament Ewropew bħala l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea u għalhekk se jieħu post Josè Manuel Barroso.

Juncker ġie approvat b’422 vot favur u 250 kontra filwaqt li kien hemm 47 astensjoni.

Matul l-indirizz tiegħu lill-Parlament Ewropew, Jean-Claude Juncker qal li se jaħtar Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Immigrazzjoni, għaliex fi kliemu l-Unjoni Ewropea għandha bżonn politika komuni tal-immigrazzjoni.

Saħaq li dan il-Kummissarju ġdid se jaħdem mal-pajjiżi Ewropej l-aktar milquta mill-immigrazzjoni irregolari.

Juncker qal li l-aġenzija Ewropea Frontex trid tissaħħaħ u għalhekk se jalloka €90 miljun.