Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Nassab immultat €8,000, liċenzja revokata għal għomru

Marion  Zammit  -  13/10/15 03:52 PM

Nassab f’Għawdex ngħata multa ta’ €8,000 u kellu l-liċenzja tiegħu ta’ kaċċa u nsib revokata għal għomru wara li nqabad jonsob b’mod illegali matul l-istaġun magħluq f’San Lawrenz.

L-għaqda mhux governattiva CABS faħħret lill-Qorti li b’din is-sentenza “uriet sinjal ċar ħafna u b’saħħtu” hekk kif spjegat li l-każ kienet irrappurtatu hi lill-Pulizija f’fit-23 ta’ Marzu li għadda.

Dakinhar, voluntiera tagħha raw u ħadu ritratti tar-raġel iħaddem nassa u juża apparat elettroniku biex jgħajjat lill-għasafar għall-mansab tiegħu.

Skont il-CABS, ir-raġel kien diġà kkundannat darb’oħra mill-Qorti dwar insib illegali ta’ għasafar.

CABS qalet ukoll li ladarba l-istaġun tal-insib jiftaħ dan ix-xahar, hi se ssegwi dak li jkun qed jiġri, bi tliet timijiet, u se tirrapporta kull insib illegali lill-Pulizija. Qalet ukoll li f’każ li l-istaġun jingħalaq minħabba deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, hi se tara li dan jiġi osservat u wkoll se tirrapporta kull mansab attiv lill-Pulizija. 

Ritratt: CABS