Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

21 ħmar Malti simbolu tal-bżonn tal-paċi

Karl  Wright  -  28/10/15 03:57 PM

Il-verżjoni l-ġdida tal-Biennali tal-Arti Kontemporanja tal-Katidral tal-Imdina li se tiftaħ fit-13 ta' Novembru sas-7 ta’ Jannar, bl-APS Bank bħala l-imsieħeb ewlieni, se ġġib attrazzjoni artistika unika fil-Belt Siekta - 21 ħmar ieħor li huma s-simbolu tal-Ħmir tal-Paċi fil-Mediterran.

Il-Ħmar tal-Paċi fil-Mediterran hu proġett, preżentat f'wirja tal-arti, li jaħdem għall-paċi u li jikkonsisti f'21 ħmar “Malti”, magħmul mir-reżina u ta' daqs reali li huma mpinġija mill-iprem u l-aqwa artisti Maltin u mill-pajjiżi tal-Mediterran, li jissimbolizzaw il-bżonn għall-paċi u l-kompassjoni bejn il-Lvant u l-Punent, u b'mod speċifiku madwar ir-reġjun tal-Mediterran, li jfisser simbolu ta' ħmar għal kull nazzjon fil-Mediterran.

Il-21 artist magħżula biex ipinġu f’dan il-proġett tal-Ħmar tal-Paċi fil-Mediterran jinkludu artisti kontemporanji mill-aqwa u artisti li għadhom jibdew kemm minn Malta kif ukoll mill-Mediterran u jużaw diversi mezzi artistiċi: Daniela Guevska, Damian Ebejer , Emma Morgan, Abi Macleod Clark, Federico Chini , Farid Fadel, Hend Adnan, Ibrahim el Dessouky, James Micallef Grimaud, James Vella Clark, Karim Abdel Malak, Kenneth Zammit Tabona, Khaled Hafiz, Mariam Hathout, Mohamed Talaat, Rachel Galea, Reda Abdel Rahman u Valerio Schembri.

Organizzata mill-għaqda mhux governattiva internazzjonali li taħdem għall-paċi, CARAVAN, il-wirja tal-Ħmar tal-Paċi fil-Mediterran tuża s-simbolu tal-ħmar Malti, li hu magħruf ħafna u li hu fil-periklu li jinqered,  biex tattira l-attenzjoni tad-dinja fuq erba' ħtiġiet kruċjali u kritiċi: l-armonija bejn ir-reliġjonijiet,ir-relazzjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent, il-ħarsien tas-saħħa tal-ħmar f'zoni ta' kunflitt u l-għajnuna umanitarja għall-migranti u r-refuġjati.

Tul ix-xahrejn tal-wirja,  CARAVAN se tkun qed ittella’ żewġ kunċerti fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina b’xogħlijiet u mużiċisti li jżewwqu u jesploraw ir-rikkezza tad-tradizzjonjiet mużikali tal-Lvant Nofsani u l-Punent: ‘On A Caravan’ fit-28 ta’ Novembru u ‘Notes of Faith’ fl-4 ta’ Diċembru.