Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Aġġornata: Deutsche Bank se jagħlaq f'10 pajjiżi fosthom Malta

Gabriel  Schembri  -  29/10/15 10:59 AM

Deutsche Bank għadu kemm ħabbar li se jkun qed itemm l-operat tiegħu f’għaxar pajjiżi, fosthom Malta. Il-Bank Ġermaniż se jnaqqas in-numru ta’ ħaddiem b’9,000. Dan il-proċess ta’ tneħħija ta’ ħaddiema se jintemm sal-2020.

Newsbook.com.mt tkellem mad-Direttur tal-Bank f’Malta u spjega li l-uffiċċju f’Malta għandu għaxar impjegati. Qal li fil-każ ta’ Malta, il-proċess se jkun qed idum inqas, bejn 12 u 18-il xahar.

Mistoqsi dwar x’se jkun qed isir mill-ħaddiema, id-Direttur saħaq li għadhom qed isiru d-diskussjonijiet fi ħdan il-kumpanija.

Hu mistenni li l-bank jwaqqaf l-operat tiegħu fl-Arġentina, Ċili, Messiku, Urugwaj, Perù, Danimarka, Fillandja, Norveġja, New Zealand u anke f’Malta.

Tħabbar li mas-6,000 kuntrattur se jkun qed jitlef xogħlu sas-sena 2020. Se jkun qed jirrilaxxa ukoll assi li jammontaw mal-€4 biljun f’perjodu ta’ 24 xahar.

Il-Kap Ezekuttiv tal-Bank qal li l-iktar suq importanti jibqa’ dak Ġermaniż. 

Reazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi:

Il-Ministru Edward Scicluna qal li hu ta' diżappunt li r-ristrutturar tal-Bank jaffettwa t-twaqqif tiegħu f'Malta. Spjega li l-bank għandu erba' ħaddiema f'Malta u li dawn ġew mogħtija l-għajnuna biex isibu xogħol ieħor.