Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Żagħżugħ Malti ta’ 20 sena jniedi album ta' mużika sagra

Yendrick  Cioffi  -  15/11/15 11:13 AM

Euchar Gravina, żagħżugħ ta’ 20 sena, tella’ l-kunċert Stabat Mater mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, wara li fl-2012 rebaħ il-premju speċjali tal-ġurija fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Muzika tal-Bank APS.

Il-kunċert sar ilbieraħ parti mill-attività Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2015.

Il-premju jinkludi t-tnedija tal-album Stabat Mater li ġie rrekordjat professjonalment minn Studio 7.

Il-premiere ta’ Stabat Mater se jinżamm taħt il-patroċinju tal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, bil-parteċipazzjoni tas-sopran Andriana Yordanova u l-Coro Bel Canto mmexxi minn Hemann Farrugia Frantz.