Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Tgħid x’tgħid il-liġi, iż-żwieġ jibqa’ bejn raġel u mara” – L-Arċisqof   |  Żewġ persuni jispiċċaw mal-art wara inċident   |  "L-akbar gidba hi li mhux ħa tispiċċa ħażin bid-droga" - żagħżugħ li rebaħ l-isfida tad-droga   |  14-il mara tqila salvati mill-baħar

Għandu jkun possibbli tirtira onorifiċenzi f'każ ta' reputazzjoni dubbjuża

Mill-Parlament    -  04/11/15 07:51 PM

L-Oppożizzjoni sejħet għal emendi fil-liġi biex ikun possibbli li jiġu rtirati onorifiċenzi mogħtija fil-passat lil persuni ta’ reputazzjoni dubbjuża.

Kien id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li ressaq dan l-appell f’intervent waqt id-diskussjoni  dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika.

L-Abbozz ta’ Liġi quddiem il-Parlament se jdaħħal emendi biex membri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jingħataw midalja għal servizz twil u effiċjenti l-istess bħall-membri ta’ korpi dixxiplinati oħra.

Huwa semma numru ta’ persuni li ngħataw ġieħ u li huwa ta’ għajb li jidhru fuq ir-reġistru ta’ onorifiċenzi Maltin fosthom l-eks-Dittatur tal-Korea ta’ Fuq Kim il-Sung, l-eks-Mexxej tal-Libja Muammar Gaddafi, u l-eks-President tat-Tunesija Ben Ali.

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li proposta bħal din tista’ tiġi diskussa fil-futur.