Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina f'Ħ'Attard se jkomplu billejl

Marion  Zammit  -  06/11/15 10:22 AM

Transport Malta avżat li lestiet ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, direzzjoni lejn il-Belt u li issa se jibdew ix-xogħlijiet fid-direzzjoni l-oħra, lejn ir-Rabat.

Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru billejl. Għaldaqstant, it-triq se tkun magħluqa għat-traffiku mil-lum sat-Tnejn li ġej, bejn l-10.00pm u l-5.00am.

Matul il-ġurnata, it-triq se tkun miftuħa.

Transport Malta avżat ukoll biex is-sewwieqa jsegwu s-sinjali tat-traffiku fil-post.