Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Toroq fil-Belt u l-Furjana biss se jingħalqu waqt is-Summit - il-Pulizija

Charlene Valentina  Giordimaina  -  07/11/15 06:45 PM

Il-Kummissarju tal-Pulizija jixtieq javża lill-pubbliku in ġenerali li t-toroq imsemmija fl-Avviż tal-Pulizija numru 158 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern datata 27 t’Ottubru 2015, ħlief għal dawk ġewwa l-Belt Valletta u l-Furjana,  se jkunu miftuħa għat-traffiku.

Madanakollu skont l-Avviż Legali 101/97 dawn it-toroq xorta se jiġu klassifikati bħala żona ta’ rmonk f’każ ta’ ngombru.

It-toroq ġewwa l-Belt Valletta u l-Floriana se jkunu magħluqin hekk kif indikat hawn taħt:

 

Għeluq ta’ toroq min-nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, 2015 mis-2pm sal-10pm

Triq Ġlormu Cassar sal-Monument tal-Gwerra,

Triq Il-Papa Piju sal-Parlament Il-Ġdid,

Il-Bini tat-Taraġ,

Triq Nofsinhar kantuniera ma’ Triq Zakkarija,

Triq l-Ordninanza u Triq il-Vitorja,

Triq l-Ordinanza kantuniera  ma’ Triq il-Vitorja,

Triq il-Merkanti kantuniera ma’ Triq Melita,

Triq San Pawl kantuniera ma’ Triq Melita,

Triq Sant’ Ursula ma’ Triq il-Batterija,

Il-Barrakka ta’ Fuq ser tkun magħluqa għall-pubbliku l-gurnata kollha.

 

Għeluq ta’ Toroq min-nhar L-Erbgħa 11 ta’ Novembru, 2015 sal-Ħamis 12 ta’ Novembru, 2015 mis-2pm sa tmiem il-konferenza.

Xatt Lascaris kantuniera ma’ Nieżlet il-Kurċifiss,

Xatt il-Barriera kantuniera ma’ Telgħet Liesse,

Triq il-Mediterran kantuniera ma’ Triq San Nikola,

Triq Il-Lvant kantuniera ma’ Triq San Kristoferu,

Triq Il-Lvant kantuniera ma’ Triq San Duminku,

Triq Sant Iermu ma’ Triq Merkanti,

Triq It-Tramuntana ma’ Triq Merkanti,

Triq L-Isptar L-Antik ma’ Triq Merkanti,

Triq San Pawl ma’ Triq San Nikola,

Triq San Nikola ma’ Triq Sant’Ursula,

Triq San Nikola ma’ Triq il-Bjar L-Antiki,

Triq L-Ixpruna ma’ Triq San Bastjan,

Triq L-Ifran kantuniera ma’ Triq San Bastjan,

Triq Il-Punent ma’ Triq San Bastjan