Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Tifla ta' 12-il sena l-isptar wara li l-vann tal-iskola kien involut f'inċident

Jesmar Baldacchino  -  01/12/15 03:14 PM

Tifla ta’ 12-il sena kellha tittieħed l-isptar għall-kura wara li l-vann tal-iskola li kienet fih kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ 4x4 u vann.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2 ta’ wara nofsinhar f’Tal-Qroqq fi Triq Reġjonali qrib tal-iskatepark.

L-inċident seħħ meta għal xi raġuni, il-vann tal-iskola, li kien misjuq minn raġel ta’ 45 sena mill-Isla baqa’ dieħel fil-vann l-ieħor.

Issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħadu lit-tifla għall-kura.

Ma jirriżultax li t-tifla ġarrbet xi ġrieħi gravi.


Ritratt: Media Police