Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Erba’ snin oħra ma’ għomor il-ħabs talli ta n-nar liċ-ċella

Charlene Valentina  Giordimaina  -  08/12/15 02:31 PM

Raġel ta’ 39 sena li qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li kien instab ħati ta’ omiċidju volontarju ingħata erba’ snin oħra ħabs talli f’April tal-2012 ta n-nar lis-saqqu taċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta’ Kordin.

Fl-2004, David Norbert Schembri kien instab ħati tal-qtil tas-sieħba tiegħu.

Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti, Schembri sostna li kien priġunier ieħor, Alfred Bugeja magħruf bħala l-Porporina, li qabbad iċ-ċella. Minkejja dan, il-Qorti m’aċċettatx din il-verżjoni għax l-allegazzjoni saret lejn l-aħħar tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.

Il-Qorti sabitu ħati wkoll li dakinhar tal-każ hedded Spettur tal-Pulizija, Kuntistabbli kif ukoll uffiċjal tal-ħabs

Il-Maġistrat Ian Farrugia kkundannah għal tliet snin u disa’ xhur ħabs talli hu riċediv u talli baqa’ jaqla’ l-inkwiet, anke fil-ħabs.