Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Il-liċenzja tas-sewqan f'Malta rikonoxxuta fl-Emirati Għarab Magħquda

Charmaine  Attard   -  24/02/15 02:10 PM

Il-liċenzja tas-sewqan f’Malta se tkun rikonoxxuta fl-Emirati Għarab Magħquda filwaqt li dik tal-Emirati Għarab Magħquda tkun rikonoxxuta f’Malta.

Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin wara xhur ta’ diskussjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda.

Il-ftehim huwa ntiż għal sewwieqa li għandhom liċenzja tas-sewqan fil-kategorija B, li tinkludi vetturi ta’ piż massimu li ma jaqbiżx it-3,500 kg u li ma jġorrux aktar minn tmien passiġġieri minbarra x-xufier. Dawn il-vetturi jistgħu jkunu kkombinati ma’ trailer ta’ piż li ma jaqbiżx is-750 kg.

Barra minn hekk, il-ftehim jistipula li ċittadini rispettivi taż-żewġ pajjiżi huma eżenti mill-obbligu li jgħaddu minn eżami teoretiku u/jew fiżiku meta japplikaw għal-liċenzja tas-sewqan f’Malta jew fl-Emirati Għarab Magħquda għal finijiet ta’ residenza temporanja.

Minkejja li dan il-Memorandum ta’ Ftehim għadu mhux iffirmat, l-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda diġà attivaw il-ftehim mill-1 ta’ Jannar.