Newsbook

Free - On Google Play

View
Il-kuntratti tal-isptarijiet investigati mill-Awditur Ġenerali   |  Pulizija mġiegħel jirriżenja bla investigazzjoni   |  Ixammar il-kmiem għal dawk fil-bżonn   |  Il-Qorti tisma' l-każ ta' Brexit

Filmat: Il-Ġiżwiti jirċievu ittra b'bullet b'theddida

Charmaine  Attard   -  12/05/15 09:44 AM

Id-Dar tal-Ġiżwiti Mount St Joseph irċeviet pakkett bil-posta li kien fih ittra theddida u bullet.

L-ittra nfetħet ilbieraħ għall-ħabta tal-4.30pm. In-nota fl-ittra tirreferi għall-appell li l-Ġiżwiti qed jagħmlu bħalissa kontra l-proġett propost ta’ shooting range qrib id-Dar tal-Irtiri.

“Dear Jesuit Fathers, There are two types of people in the world, those who dig and those who hold a loaded gun, You dig, we hold the loaded guns, F*** with us, we will F*** you”, tgħid l-ittra.

Il-Ġiżwiti fetħu rapport mal-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta.

Ma' Newsbook.com.mt,  il-Provinċjal tal-Ġiżwiti Fr Patrick Magro S.J. qal li din it-theddida mhux se taqtgħalhom qalbhom u se jibqgħu għaddejjin bil-kampanja. Żied jgħid li qed isibu appoġġ minn eluf ta' Maltin.

Dwar dan il-każ, il-Partit Nazzjonalista esprima solidarjetà mal-Patrijiet Ġiżwiti u qal li żgur li dan mhux il-mod ta' kif meta jkun hemm kwistjoni, isir djalogu biex tinstab l-aħjar soluzzjoni għaż-żewġ partijiet. 

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna wkoll lil kull min juża tattiċi bħal dawn kontra min ma jaqbilx miegħu.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, Dr Michael Falzon jikkundanna bil-qawwa l-ittra ta' theddid li ntbagħtet lill-Komunità tal-Ġiżwiti u juri s-solidarjetà ma' din il-komunità.