Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Jonqsu l-opportunitajiet ta' xogħol fiż-Żona Ewro iżda jiżdiedu f'Malta

Gabriel  Schembri  -  18/06/15 04:11 PM

L-opportunitajiet ta’ xogħol fiż-Żona Ewro matul l-ewwel kwart tal-2015 naqqsu minn 1.8% għal 1.7%. Minkejja dan, il-persentaġġ baqa’ stabbli meta tikkumparah mal-ewwel xhur tas-sena 2014.

Ir-rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol fl-Unjoni Ewropea ukoll kienet timmarka l-1.7%.

L-opportunitajiet ta’ xogħol żdiedu f’16-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. L-ikbar żieda kienet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka u Malta.

Il-persentaġġ tal-postijiet tax-xogħol vakanti fl-industrija tal-kostruzzjoni kien ta’ 1.1% u 2.3% fis-settur tas-servizzi.

L-ikbar rata ta’ opportunitajiet ta’ xogħol kienet irreġistrata fil-Ġermanja, bi 2.9% segwit bir-Renju Unit b’persentaġġ ta’ 2.4%.