Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Kważi miljun ċittadin ġdid fl-UE fl-2013

Marion  Zammit  -  01/07/15 12:25 PM

Fl-2013, kważi miljun ruħ ingħataw iċ-ċittadinanza ta’ xi pajjiż membru fl-UE.

Hekk tiżvela statistika ppubblikata mill-Eurostat illum, li turi li dik is-sena kien hemm żieda ta’ 20%, fuq l-2012, fin-numru ta’ ċittadinanza mogħtija lil persuni, 89% tagħhom minn pajjiżi terzi, għal total ta’ 985,000 ċittadin ġdid.

L-iktar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fl-2013 akkwistaw ċittadinanza ta’ pajjiż membru fl-UE kienu mill-Marokk, mill-Indja, mit-Turkija, mill-Kolumbja, mill-Albanija u mill-Ekwador waqt li r-Rumeni u l-Pollakki kienu l-iktar żewġ ċittadini ta’ pajjiż membru fl-UE li akkwistaw ċittadinanza ta’ pajjiż membru ieħor.

Fl-2013, Malta tat iċ-ċittadinanza lil 1,019-il persuna li 71% tagħhom kienu ġejjin minn barra l-UE.

33.5% tal-barranin li akkwistaw ċittadinanza Maltija kienu ġejjin mill-Awstralja, segwiti minn dawk mir-Renju Unit (15.1%) u mill-Istati Uniti (7.7%).

Spanja kienet l-iktar pajjiż li ta ċ-ċittadinanza lil barranin, b’iktar minn 225,000 ċittadinanza ġdida; segwita mir-Renju Unit b’iktar minn 207,000.

Il-Ġermanja kienet fit-tielet post, b’115,000 ċittadin ġdid imbagħad l-Italja, b’100,000 ċittadin ġdid.