Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Iż-żjara tal-President Taljan f'Malta

Gabriel  Schembri  -  22/07/15 03:30 PM

Il-President Taljan, Sergio Mattarella, f’laqgħa mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, qal li qed jistenna b’ottimiżmu s-summit dwar l-immigrazzjoni li se jkun qed isir f’Malta f’Novembru li ġej.

Mattarella, li jinsab Malta fuq żjara uffiċjali, qal li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni hija problema kbira kemm f’Malta u anke fl-Italja.

Is-summit ta’ Novembru se jkun qed iressaq il-pajjiżi li qed jaffaċċjaw il-problema tal-immigrazzjoni.

Il-laqgħa bejn iż-żewġ Presidenti saret fil-Palazz ta’ San Anton. 

Il-President Mattarella kellu wkoll laqgħa mal-Arċisqof Charles Scicluna fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta. 

Fost laqgħat oħrajn, il-President Taljan iltaqa’ mad-Deputat Speaker, Ċensu Galea fil-binja tal-Parlament.

F’laqgħa qasira ż-żewġ naħat tkellmu dwar diversi temi ta’ interess komuni għal Malta u l-Italja, fosthom il-problema tal-immigrazzjoni illegali, kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja.

Wara din il-laqgħa l-President Taljan u d-Deputat Speaker, daru l-binja tal-Parlament sabiex il-President seta’ jara aktar mill-qrib il-kmamar li fihom titmexxa l-ħidma tal-Parlament Malti.


Ritratti: DOI/Photocity