Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Il-girlband Cryptic Street bit-tnedija tal-ewwel E.P

Stjanu Debono  -  02/08/15 09:57 AM

Cryptic Street, girlband magħmula minn ħames tfajliet, qed iħejju l-aħħar preparamenti biex iniedu l-ewwel E.P. tagħhom.

Il-kanzunetti jitrattaw bosta temi soċjali bħad-diskriminazzjoni soċjali, il-libertà tal-kelma, l-esklużjoni soċjali u l-ossessjoni li tista’ ġġib magħha it-teknoloġija.

Is-siltiet mill-E.P. jinkludu kemm lirika Maltija kif ukoll Ingliża. 

Għalkemm Toni Sant iddesskriva l-ġeneru tal-grupp bħala pop-rock, Cryptic Street qalu ma’ Newsbook.com.mt li huma influwenzati minn ħafna ġeneri.

Fit-tnedija tal-E.P, li se ssir  fil-21 ta’ Awwissu ġewwa l-Palazzo De La Salle fil-Belt Valletta, se jkun hemm  forom differenti ta’ arti fosthom mużika, poeżija u fotografija.

Cryptic Street hija magħmul minn: Leona Farrugia – kant, Janelle Borg – kitarra, Julia Hickey – Batterija, Denise Gilford – Pjanu u Cheyenne Belle – electric bass.

Għal aktar informozzjoni żuru il-paġna fuq facebook ta’ Cryptic Street.